top of page

Merħba fis-sit uffiċjali tal-Konfraternita` tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

L-għan ewlieni tal-Konfraternita` tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi huwa li xxerred il-messaġġ tal-Madonna ta’ Lourdes, biex tagħti għajnuna lill-morda, kumdità lil persuni bi bżonnijiet speċjali u serħan il-moħħ lill-anzjani fil-Komunità tagħna.

Il-Konfraternita` tipparteċipa bis-sħiħ fil-funzjonijiet liturġiċi tal-parroċċa waqt li torganizza diversi attivitajiet biex tippromwovi l-valuri reliġjużi fil-Komunità tagħna.

Barra minn hekk, il-Konfraternita` tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi, flimkien mal-kappillan, hija responsabbli wkoll għall-organizzazzjoni tal-festa reliġjuża ad unur il-Madonna ta' Lourdes fuq bażi annwali.

Rwol ieħor mogħti lill-Konfraternita’ ta' Lourdes huwa dak li jiġu salvagwardjati l-artefatti reliġjużi tagħha. Il-Fratellanza hija proprjetarja ta' oġġetti mobbli u immobbli ta' valur artistiku, kulturali u storiku.

Dawn jinkludu l-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes u dik ta' San Filippu Neri, il-pittura fuq l-altar tal-Konfraternita’ tal-Madonna ta’ Lourdes iddedikata lill-Kurcifiss, oġġetti tal-fidda bħal salib, fanali, detenturi tax-xemgħa, fjuri, tapizzeriji u oġġetti ornamentali oħrajn.

Il-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes hija impenjata li tkompli l-pjan ta' restawr sabiex tiżgura li dawn l-oġġetti jkunu mħarsa sewwa u miżmuma tajjeb għall-ġenerazzjonijiet li jmiss u għat-turisti li jżuruna kull sena.

Il-fuljett Mariapolis ħarġa Numru 10 ippublikat ghall-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna ta' Lourdes, Qrendi - Gunju 2019

Il-Venerabbli Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes, Qrendi tixtieq tavza, li l-Festa ad unur il-Madonna ta' Lourdes fir-rahal tal-Qrendi ser issir bejn

it-23 u t-30 ta' Gunju 2019.

Il-Konfraternità Lourdes tħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha li jsiru fil-Knisja organizzati mill-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi flimkien mal-Kappillan u l-Parroċċa tal-Qrendi. Tkun ħaġa xierqa li kulħadd jersaq għas-Sagramenti tal‑Qrar u tat-Tqarbin f’dawn il-jiem ta’ Festa.

Damask ġdid

l-Bandalora tal-Konsorelli

Bradella u Bankun ġdid

bottom of page