






Festi Kbar f'Gheluq il-150 Sena mid-Dehriet tal-Madonna gewwa l-Grotta ta' Lourdes
1858 - 2008
Festi Kbar f'Gheluq il-150 Sena mid-Dehriet tal-Madonna gewwa l-Grotta ta' Lourdes
1858 - 2008
Is-sena 2008 hi sena specjali ghal Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes kif ukoll ghal dawk kollha devoti tal-Madonna, dan ghaliex matul din is-sena qeghdin nikkommemoraw il-150 sena mid-dehriet tal-Madonna gewwa l-Grotta ta’ Lourdes.
Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Lourdes fil-Qrendi
Din is-sena jahbat ukoll il-130 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza Madonna ta’ Lourdes fl-1878. Il-Kappillan Pietru Pawl Xuereb Fundatur ta’ din id-devozzjoni gewwa r-rahal taghna, bhalna lkoll kien zar Lourdes ghax dak iz-zmien id-dehriet tal-Madonna lil Santa Bernardina daru mad-dinja kollha. Il-Kappillan Xuereb f’dak iz-zmien tal-hajja tieghu kien ghaddej minn problemi ta’ mard, pero’ emmen f’Marija, Omm l-Iben ta’ Alla u ghamel minn kollox sabiex izur Lourdes halli jitlob ghal fejqan tieghu. Ghalkemm f’dawk iz-zminijiet ma kienx daqshekk facli li persuna tivvjagga, l-Kappillan Xuereb ma qatax qalbu, ghamel bhal dawk il-morda li kienu jisimghu bil-mirakli ta’ Gesu’ u kienu jmorru sabiex huma wkoll jsibu l-fejqan taghhom hekk kif insibu fir-rakkont tal-Vangelu.
Il-fidi tal-Kappillan Xuereb wasslitu fir-rahal ta’ Lourdes u hemm xehet it-tbatijiet tieghu f’riglejn il-Madonna sabiex twassal it-talb tieghu quddiem il-Mulej. Il-Kappillan Xuereb sab il-fejqan tieghu u ghalhekk fil-Qrendi ried jaqsam din l-esperjenza tieghu billi jwaqqaf il-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes dak iz-zmien bl-isem “Confraternita dell’Immacolata B. Maria Vergine di Lourdes di Casal Crendi” sewwa sew fil-21 ta’ Jannar, 1878. Il-hsieb tal-Kappillan Xuereb kien li jxerred id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Lourdes fostna l-Qrendin 20 sena biss wara d-dehriet ta’ Marija gewwa Lourdes.
Jekk wiehed jara ftit il-ktieb tar-regolamenti miktub bil-lingwa taljana ta’ dak iz-zmien mill-Kappillan Xuereb, wiehed mill-ewwel jinduna kemm dan il-fundatur ta’ din il-Fratellanza kien devot tal-Madonna mhux biss bil-kliem izda anke’ bil-fatti. Fl-artikli diversi tal-Ktieb tar-Regolamenti insibu miktub li l-Fratelli kienu mhegga sabiex jghixu l-Vangelu u jwasslu l-messagg tal-Vergni Immakulata bl-ezempju taghhom fil-hajja ta’ kulljum taghhom.
L-Istatut Baziku ghall-Fratellanzi u l-iskop Ewlieni tal-Fratellanza
Forsi f’dawn iz-zminijiet ta’ festi ghalina l-Qrendi, tajjeb li naghmlu evalwazzjoni ta’ x’tip ta’ festa ahna qeghdin niccelebraw? Jehtieg li lkoll nassumu r-responsabilita li l-iskop ewlieni tal-Festa jrid ikun li nxerrdu d-devozzjoni lejn Ommna Marija, u dan ma jsirx billi narmaw il-kazin, ikollna l-ahjar banda, l-isbah murtali jew ghar minnhekk naghmlu minn kollox sabiex nimponu l-ambizzjonijiet taghna biex naffgu jew inzommu xi privilegg fuq hutna l-ohrajn.
Fil-Qrendi naghmlu zewgt festi kbar ad unur Ommna Marija, zewgt festi lill-istess Omm, biss taht titlu differenti w ghalhekk tajjeb li naraw li naghtu gieh lil Ommna Marija bl-atitudni u bl-azzjonijiet taghna lejn xulxin. Ommna Marija tiehu pjacir biss bil-festi taghna jekk tarana niccelebraw zewgt festi minghajr ma nweggu lil xulxin specjalment b’affarijiet li l-iskop taghhom hu suppost purament religjuz.
Dan kollu hu msahhah fl-Istatut Baziku ghall-Fratellanzi mahrug mis-Segretarjat Ghal-Lajci – Arcidjocesi ta’ Malta. Il-Knisja Maltija trid li il-formazzjoni tal-Fratelli tkun mibnija fuq il-Kotba Mqaddsa, fuq it-Taghlim tal-Knisja Universali, l-aktar id-Dokumenti tal-Koncilju Vatikan II u tal-Papiet, u d-Dokumenti tas-Sinodu Djocesan 1999-2003, bhala espressjoni tat-taghlim tal-Knisja f’Malta.
Tajjeb li kull minn hu msieheb f’xi Fratellanza jarbel u jifhem x’jigifieri tkun Fratell jew Konsorella. Il-Knisja qeghda tistieden lil kullhadd sabiex nghixu l-valuri tas-Sinodu bhal valur tal-Komunjoni, Formazzjoni, Djalogu, Qadi u Solidarjeta’. Tajjeb li d-dokumenti tas-Sinodu li huma dokumenti li fihom taghlim li jiswa mitqlu deheb, ma jibqawx dokumenti, laqghat, priedki jew kliem sabih biss, imma ta’ bilhaqq isiru fatti minn kull parti nvoluta fit-tmexxija tal-Festi taghna. Dawn il-valuri hemm bzonn li jigu mwettqa anke’ mit-tmexxija tal-Knisja Maltija li ghandha sehem attiv sabiex il-festi taghna jkunu jirriflettu l-vera valuri tas-Sinodu u b’hekk ma jkunux strumenti tal-firda.
Ghalhekk nitlob lil membri u lil dawk kollha li bil-hsieb li jaghmlu parti minn din il-Fratellanza sabiex nfittxu nibdew nhaddnu u nipprattikaw l-Istatut tal-Fratellanza miktub mill-Fundatur tal-Fratellanza l-Kappillan Xuereb u modifikat matul is-sena 2007 sabiex jinkorpora fih l-Istatut Baziku ghall-Fratellanzi halli nkunu vera xhieda tat-twemmin taghna.
Il-Hidma tal-Fratellanza matul is-sena
Il-Fratellanza kompliet bil-hidma taghha anke’ matul din is-sena. Fit-8 ta’ Dicembru, 2007 saret Quddiesa sabiex nifthu c-celebrazzjonijiet f’gheluq il-150 sena mid-dehriet tal-Madonna gewwa Lourdes. Barraminhekk il-Fratellanza hadet hsieb li din is-sena c-celebrazzjonijiet tad-dehriet jigu ccelebrati b’mod differenti billi waqt il-Quddies inqraw it-talb tas-Salmi. Fil-11 ta’ April 2008 gewwa l-Kappella tal-Kunvent tas-Sorijiet Frangiskani l-Fratellanza organizzat laqgha ta’ informazzjoni rigward l-Istatut Baziku tal-Fratellanza fejn l-attendenza tal-membri kienet verament wahda tajba.
Fil-25 ta’ April 2008 diversi membri tal-Fratellanza ippartecipaw f’purcissjoni u celebrazzjoni Ewkaristika ma’ l-Eccelenza Tieghu Mons Pawl Cremona gewwa l-Imdina flmkien mal-Fratellanza l-ohra li ghandna gewwa pajjizna. F’dan il-mument il-Fratellanza flimkien mal-Parrocca qeghda tahdem bi shih sabiex torganizza ‘Esperjenza ta’ Lourdes madwar it-toroq tal-Qrendi’. Huwa unur kbir ghalina li kemm il-Pellegrinagg ‘Aux Flambeaux’ kif ukoll il-Quddiesa Solenni ser jitmexxew mill-Ecc Tieghu Mons Pawl Cremona, Arcisqof ta’ Malta.
Ghal dan il-Pellegrinagg gew mistiedna b’mod specjali diversi Ghaqdiet tal-Morda, persuni bi Bzonnijiet Specjali u Anzjani, sabiex flimkien naghmlu bhala familja wahda naghmlu Esperjenza ta’ Lourdes fir-rahal taghna. Barraminnhekk il-Fratellanza ghaddejja bil-pjanijiet flimkien mal-Kappillan sabiex sat-8 ta’ Dicembru, 2008 tkompli ghaddejja bl-attivitajiet bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-Gublew f’gheluq il-150 sena mid-dehriet tal-Madonna gewwa Lourdes. Tajjeb li nghidu li ahna l-Qrendi ghandna ghalfejn inkunu kburin ghaliex konna minn ta’ l-ewwelnett li bdejna nxerrdu din id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Lourdes fil-gzira taghna.
l-Progett tal-Mant il-Gdid
Progett kbir li l-Fratellanza qeghda tiehu hsieb hu l-progett tal-Mant il-gdid. Kif kullhadd jaf il-Mant l-antik kien spicca totalment u ghalhekk il-Fratellanza hadet hsieb sabiex tibda tigbor il-fondi kollha necessarji sabiex taghmel mant gdid. Tajjeb li nghidu li l-ispejjez sabiex isir il-mant il-gdid kienu kbar hafna pero’ bl-ghajnuna u l-generozita ta’ kullhadd l-ispejjez kollha qeghdin jingabru minnufih. Dan il-progett hu mistenni li jkun finalizzat minn kollox fis-sena 2009. Ix-xoghol fuq il-mant il-gdid qieghed isir bil-galbu u b’attenzjoni kbira minhabba l-fatt li l-Fratellanza qeghda tiehu pariri professjonali sabiex isir xoghol professjonali, u ghalhekk jibqa jitgawda ghal tul ta’ zmien. Barraminnhekk matul din is-sena l-Fratellanza ghamlet manutenzjoni u tindif fuq il-lanterni u s-salib tal-fidda.
Filwaqt li nirringrazzja lil kullhadd ghal darba tal-generozita kbira taghkom, nitlob lil kullhadd sabiex inkunu generuzi fil-gbir tal-Knisja. L-ispejjez tal-Festa dejjem jikbru minn sena ghal ohra filwaqt li l-Fratellanza trid tkompli ghaddejja bil-manutenzjonijiet necessarji ta’ l-affarijiet sbieh u unici li ghandha l-Fratellanza taghna. Nixtieq naghmel appell sabiex kullhadd jippartecipa bis-shih fic-celebrazzjonijiet tal-Knisja specjalment permezz tal-Qrar u t-Tqarbin. Nahseb l-isbah festa li nistghu naghmlu lil Ommna Marija f’gheluq il-150 sena mid-dehriet taghha gewwa Lourdes hu li nersqu lejn Binha Gesu filwaqt li naghtu ezempju tajjeb b’mod specjali fil-jiem tal-festa u fil-hajja taghna ta’ kulljum.
Din l-informazzjoni hija mehuda min artiklu miktub minn Kenneth Farrugia li deher fil-ktieb li s-Socjeta' Muzikali Lourdes Qrendi ppublikat fil-Festa 2008.