top of page

Dun Pietru Pawl Xuereb

Fundatur

Tal-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes, Qrendi

Dun Pietro Paolo Xuereb, imwieled l-Isla, ha l-pusses ta’ Kappillan, fil-parrocca tal-Qrendi fis-sena 1869, wara l-Kappillan Dun Giuseppe Cilia. Imhabba li kien devot kbir lejn il-Madonna ta’ Lourdes, li kienet ghadha kemm dehret biss ftit snin qabel gewwa l-grotta ta’ Massabielle, fil-Belt ta’ Lourdes, fi Franza, beda’ jxerred din id-devozzjoni, li mill-ewwel sabet art ghammiela, mhabba li missirijietna kienu devoti hafna lejn Marija Santissima, li lilha l-parrocca tal-Qrendi hija ddedikata.

Fl-1878, ghoxrin sena wara d-dehriet tal-Madonna ta’ Lourdes, il-Kappillan Dun Pietro Paolo Xuereb, waqqaf il-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes, li giet ikkonfermata b’Digriet fil-21 ta’ Jannar, 1878, mill-Ecc. Revs. Mons. Isqof Carmelo Conti Scicluna. Biex tkompli tikber id-devozzjoni, il-Kappillan Dun Pietro Paolo Xuereb, ghamel il-Kurunella li giet ikkonfermata b’Digriet mill-istess Isqof Scicluna.

Fost l-Opri li ghamlu dan il-Kappillan u l-familja tieghu, nsibu l-istess Statwa artistika tal-Madonna ta’ Lourdes, mahduma mill-istatwarju Carlo Darmanin, Inkwadru tal-Madonna ta’ Lourdes, li jinstab fis-sagristija, u l-Medalja tar-Rettur tal-Fratellanza li jilbes fil-purcissjoni. Insibu wkoll is-Salib tal-fidda tal-processjoni, Lasta tal-fidda ta’ l-ewwel Standart, Sett Karti Glorja tal-Fidda, 13 il-Gandlier u Salib ta’ l-Altar Maggur, u Sopraporta u Purtiera tal-Bieb il-Kbir, kollha donati mill-familja Xuereb, li kif jixhdu dawn l-opri, kienu benefatturi kbar tal-Fratellanza.

Il-Kappillan Dun Pietro Paolo Xuereb kien spicca mill-parrocca tal-Qrendi fis-sena 1882, u sar Arcipriet tal-Mosta u kunsillier. Huwa miet fit-22 ta’ Dicembru 1894, u ta’ min isemmi li xi membri tal-familja tieghu kienu ndifnu fil-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi, kif kienet l-uzanza ta’ dak iz-zmien.

Din l-informazzjoni hija mehuda min artiklu li deher fil-ktieb li s-Socjeta' Muzikali Lourdes Qrendi ppublikat fil-Festa tas-sena 1984.

bottom of page