top of page

1. Introduzzjoni

B’ringrazzjament lejn Ommna Marija Santissima ta’ Lourdes, ghaddiet sena ohra ta’ hidma. Sena li fiha, fost l-ohrajn, iccelebrajna il-135 Sena mit-twaqqif tal-Konfraternita tal-Beata Vergni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi. Konfraternita’ li twaqqfet b’imhabba u dedikazzjoni kbira minn Dun Pietru Pawl Xuereb nhar il-21 ta’ Jannar 1878.

Nirringrazzjaw lil Mulej ghal sena ohra li fiha gew organizzati diversi attivitajiet, sew fuq livell lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali. Dan huwa r-rapport amministrattiv fejn il-Grupp Mexxej tal-Konfraternita’ jaghti rendikont lill-membri ta’ dak kollu li jkun twettaq u fejn il-membri jkollhom id-dritt li jesprimu l-fehmiet, kif ukoll iwasslu s-suggerimenti taghhom.

Is-sena 2013 kienet wahda fejn il-Konfraternita’ garrbet it-telfa ta’ Pinu Asciak. Pinu mexxa l-Konfraternita’ bhala Rettur u Prokuratur ghal aktar minn 50 sena. Kien bniedem ta’ ezempju kbir f’kull cirkustanza, u li, b’determinazzjoni kbira baqa’ fit-tmun tat-tmexxija anke fl-ahhar snin ta’ hajtu. Min hawn nirrangrazzjaw lil Pinu talli zamm hajja l-Konfraternita’ filwaqt li gharaf ir-responsabiltajiet tieghu bhala mexxej ghaqli.

Il-Grupp mexxej jifrah , kif ukoll jirringrazzja lis-Sur Kenneth Farrugia talli accetta t-talba tal-membri sabiex ikun hu, wara Pinu Asciak li jmexxi l-Konfraternita’ bhala Rettur. Is-Sur Kenneth Farrugia gie approvat u mahtur bhala Rettur nhar il-Hadd 2 ta’ Gunju 2013, festa ta’ Corpus Christi, waqt il-laqgha annwali ta’ qabel il-festa.

2. Attendenza

Sa l-ahhar tas-Sena 2013, il-grupp mexxej kien jikkonsisti fi Hdax-il persuna maskili hekk kif imsemmi hawn taht:

Fratelli:

  • Rettur - Kenneth Farrugia
  • Vici Rettur - Raymond Mifsud
  • Segretarju - Nicholas Azzopardi
  • Prokuratur - Godfrey Asciak
  • Membri:
  • Joseph Azzopardi
  • Joseph Bondin
  • Albino Sacco
  • Raymond Farrugia
  • Mark Buttigieg
  • Justin Mifsud
  • Nathaniel Sciberras

Konsorelli:

Membri:

  • Ramona Spiteri
  • Nadine Farrugia Sciberras
  • Catherine Scerri
  • Sylvia Mifsud
  • Nadette Grech

Matul is-Sena 2012/2013 il-Konfraternita’ kompliet ghaddejja bil-laqghat tal-Grupp Mexxej. Grupp Mexxej imgedded bl-approvazzjoni ghal grupp ta’ konsorelli membri fi hdan il-Konfraternita’. Dan il-grupp ser ikun qieghed jghin li l-Konfraternita’ ssahhah ir-rwol tal-konsorelli fi hdanha.

Matul is-Sena 2013 saru total ta 14-il laqgha, ftit aktar minn wahda fix-xahar. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir illi l-maggoranza tal-membri attendew bi hgarhom ghal dawn il-laqghat fejn saret il-preparazzjoni ghall-hidma u organizzazjoni ghal diversi attivitajiet u celebrazzjonijiet. Il-Kappillan, Dun Mario Mifsud, dejjem kien qieghed jigi nfurmat b’dak kollu li kien jigi deciz u ppreparat bhala Direttur Spiritwali tal-Konfraternita’ ta’ Lourdes.

3. Festa 2013

Il-Festi Interni ad unur il-Madonna ta’ Lourdes ghas-Sena 2013, kienu ta’ success kbir. Il-hidma ma’ taqta’ xejn tal-Grupp Mexxej u l-koperazzjoni tal-kappillan u l-kleru, dejjem qeghdin jikbru sena wara l-ohra sabiex ikun verament turija hajja ta’ fidi u karita’ fil-Komunita’ tal-Qrendi.

Wiehed irid isemmi l-partecipazzjoni numeruza fil-Quddies iddedikat lit-tfal u l-familji, fil-quddies iddedikat lill-morda u lill-persuni bi bzonnijiet specjali u anzjani. Ghal dawn ic-celebrazzjonijiet, il-Konfraternita’ harget fondi apposta sabiex jigi provdut trasport lill-morda kollha li xtaqu jippartecipaw u jattendu ghall-funzjoni. Wara l-quddiesa giet organizzata attivita’ zghira bhala ringrazzjament u apprezzament lejn dawk il-persuni u ghaqdiet volontarji li ppartecipaw u ghinu bil-kbir u b’tant sagrificcju, imhabba u dedikazzjoni.

Matul il-gimgha tal-Festa ghas-sena 2013, il-Konfraternita’ ospitat tlett Konfraternitajiet barranin, li kienu dawn:

  • Confraternita’ dell SS Crocifisso ta’ Monreale, Sqallija fejn ippartecipat ghat-tielet sena konsekuttiva
  • Confraternita’ dell SS Rosario ta’ Bitonto
  • Confraternita’ della Misericordia ta’ Bitonto
  • Dawn it-tlett konfraternitajiet barranin, ippartecipaw fil-Quddiesa u l-purcissjoni Solenni bl-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes f’nhar il-Festa. Il-Grupp Mexxej jirringrazzja lis-Socjeta’ Muzikali Lourdes u s-sotto kumitati fi hdanha ghall-ghajnuna u l-koperazzjoni matul is-sena kollha.

4. Progetti tal-Fratellanza

Wara s-sena li s-sena l-ohra, il-Konfraternita’ ta’ Lourdes investiet madwar €3,894 f’restawr tal-gandlieri tal-altar maggur, din is-sena, l-Konfraternita’ kompliet bil-programm ta’ restawr u qieghda tinvesti €4,985 ohra f’restawr fuq dawn il-gandlieri.

Il-konfraternita’ holqot is-sit elettroniku il-gdid taghha www.lourdesconfraternityqrendi.com sabiex permezz tal-messagg Marjan fid-dinja tal-mezzi socjali elettronici tall-llum, tkompli ssahhah il-fidi nisranija fil-membri taghha u lejn min jaccessa dan il-mezz gdid. Nixtiequ ninfurmaw illi dan is-sit zaruh il-fuq minn 3,000 visitatur minn Gunju 2013 sa Jannar 2014.

Il-pagna ddedikata lil Konfraternita’ ta’ Lourdes fuq is-sit socjali ta’ Facebook, kompliet tissahhah u tikber fil-popolarita’. Din il-pagna lahqet in-numru mill-isbah ta’ l-fuq minn 3,500 membru u tkun minn zmien ghall-iehor aggornata b’mod kontinwu b’ritratti, informazzjoni u attivitajiet dwar il-hidma tal-Konfraternita’ ta’ Lourdes.

Progett iehor li jinsab fil-fazi finali tieghu huwa s-sapport free standing sabiex il-Mant il-gdid li jintrema madwar l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-gimgha tal-Festa fil-knisja, ma jibqax izomm mal-bradella kif ghadu jsir sal-gurnata tal-llum. Bhala grupp mexxej nixtiequ nirringrazzjaw lil kulhadd tal-ghajnuna u s-sostenn finanzjarju li dejjem insibu mill-membri tal-Konfraternita’, kif ukoll mill-Komunita tal-Qrendi sabiex inkunu nistghu nkomplu nahdmu u nippreservaw l-armar tal-Konfraternita’ kif ukoll fi progetti fil-futur qarib.

5. Hidma fuq livell Parrokkjali u Komunitarju.

Bhala wiehed mir-rwoli principali tal-Konfraternita’ kien dak tal-partecipazzjoni fil-purcissjonijiet kollha li l-parrocca tal-Qrendi thejji, inkluz il-Festa ta’ Corpus Christi, Il-Festa ta’ Santa Marija, il-Festa tal-Madonna tac-Cintura, Il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju, il-Festa ta’ Hadd il-Palm u l-Festa tal-Kwaranturi.

Minbarra l-purcissjonijiet, membri tal-Grupp Mexxej ippartecipaw f’diversi celebrazzjonijiet u laqghat ohra organizzati mill-Parrocca matul is-sena. Il-Grupp Mexxej kompla jinvesti aktar fir-Rivista Annwali tieghu bl-isem ta’ Mariapolis - il-Belt ta’ Marija. F’Gunju 2013 giet ippublikata ir-raba’ harga tar-rivista Mariapolis u tqassmet bieb bieb madwar ir-rahal kollhu tal-Qrendi qabel il-gimgha tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes.

Il-Grupp Mexxej stieden lill-Fratelli kollha li hadu sehem fil-Purcissjoni Solenni tal-Festa ghall-Bar-B-Que organizzat nhar is-Sibt 10 ta` Awissu, 2013 fir-razzett ta` Raymond Mifsud, il-Qrendi bhala ringrazzjament ghas-sehem taghhom u ghax-xoghol li jwettqu.

6. Hidma fuq livell Djocesan

Il-Grupp Mexxej tal-Konfraternita’ ta’ Lourdes flimkien mal-membri taghha hadu sehem f’ dawn ic-celebrazzjonijiet li ghalihom konna mistednin ufficjalment:

  • 16 ta’ Gunju 2013 - Purcissjoni Solenni tal-Festa tal-Madonna tal-Gilju fl-Imqabba
  • 20 ta’ Awwissu 2013 - Pellegrinagg bl-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes gewwa l-istitut ta’ Gesu Nazzarenu, iz-Zejtun
  • 26 ta’ Settembru 2013 - Celebrazzjoni u Pellegrinagg bl-Inkwadru tal-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk

7. Hidma fuq livell Internazzjonali

Ghat-tielet sena konsekuttiva, il-Konfraternita’ tal-Beata Vergni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi giet mistiedna ghal gemellagg mal-Confraternita’ del S.S. Crocifisso ta’ Monreale, Sqallija bejn il-1 u t-3 ta’ Mejju 2013.

Il-Konfraternita’ Lourdes kienet wahda mid-disa’ konfraternitajiet Maltin, illi rraprezentaw id-Djocesi ta’ Malta fil-Vatikan waqt ic-celebrazzjonijiet ta’ fidi msejha mil-Papa nnifsu. Kienet okkazjoni li titnaqqax b’ittri tad-deheb ghalina l-Fratellanzi ghaliex il-Kap tal-Knisja Kattolika ta’ l-konferma illi post il-fratellanzi fil-knisja ghadu validu sal-gurnata tal-llum. Il-membri tal-Konfraternita’ Lourdes li ppartecipaw, hadu sehem f’diversi celebrazzjonijiet, fosthom fil-purcissjoni li saret qabel il-Quddiesa Pontifikali mmexxija mil-Papa Frangisku. Bhala fratelli membri, kellna l-opportunita’ li nkunu prezenti fuq l-Altar fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan u ghalhekk ippartecipajna b’mod shih f’dawn ic-celebrazzjonijet flimkien ma’ Fratellanzi ohra minn madwar id-dinja kollha.

Ma jonqosx ukoll, l-akbar unur specjali ghalina l-Konfraternita’ li r-Rettur il-gdid, is-Sur Kenneth Farrugia gie maghzul mill-E.T. il-Kardinal Rino Fisichella sabiex iservi fil-Grupp Organizzattiv ta’ din ic-celebrazzjoni. Dan kien possibbli biss, ghax il-Konfraternita’ t’ Lourdes gharfet tibni diversi kuntatti fuq livell internazzjonali matul dawn l-ahhar snin. Unur iehor miksub u li ma jintesa` qatt kien meta r-Rettur is-Sur Kenneth Farrugia qara’ t-talba tal-Fidi waqt il-Quddiesa Pontifikali u wara kellu udjenza personali mal-Papa Frangisku liebes il-libsa tal-Konfraternita’ ta’ Lourdes. Dawn il-mumemti ser ikomplu jizdiedu mal-pagni tad-deheb li l-Konfraternita taghna bniet tul il-135 Sena li ilha mwaqqfa.

Gemellag iehor fuq skala internazzjonali sehh fil-Festa ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni fil-belt ta’ Molfetta, l-Italja nhar it-8 ta’ Dicembru 2013. Il-Konfraternita’ ta’ Lourdes hadet sehem bi shih fic-celebrazzjonijiet flimkien mal-Confraternita’ della Immacolata Concezzione ta’ Molfetta. Ringrazzjament kbir imur lejn Don Pasquale, lis-Sur Mauro Piergiovanni u lil membri kollha tal-Confraternita’ della Immacolata Concezzione, Molfetta ghall-ospitalita’ kollha mghotija lil membri tal-Konfraternita Lourdes.

8. Gheluq

Kif wiehed jista’ jaqra, f’dan ir-rapport amministarttiv, Il-Konfraternita’ ta’ Lourdes Qrendi, hadmet bi shih fuq diversi aspetti li, jinkudu kemm xoghol volontarju fuq bazi komunitarju u fuq bazi lokali, fuq bazi nazzjonali, kif ukoll internazzjonali. Xhieda ta’ dan huma c-celebrazzjonijiet li fihom giet mistiedna l-Konfraternita’ biex tiehu sehem fihom.

Dan ix-xoghol kollu isir b’hafna sagrificcju kemm mill-membri tal-Grupp Mexxej u kemm mill-fratelli li jaghtu s-servizzi taghhom b’mod regolari. Ahna nemmnu lkoll li s-sens ta’ responsabbilta’, dixxiplina, direzzjoni u mpenn shih iwassal l-isem tal-Konfraternita tal-Beata Vergni Immakulata ta’ Lourdes Qrendi sabiex tkun il-vera mudell ghal hafna Fratellanzi ohra.

Il-Grupp Mexxej jirringrazzja lil membri kollha fi hdan il-Konfraternita’ u lil Qrendin kollha ta’ l-ghajnuna kontinwa. Grazzi mill-qalb fl-ahharnett, lill-Ommna Marija Santissima li dejjem izzomm idejha fuq din il-Konfraternita’ sabiex inkomplu inwasslu l-messagg ta’ Lourdes fil-komunita’ taghna u biex inkomplu nimxu b’ottimizmu ghall-gejjieni.

bottom of page