







Kurunella Ad Unur Il-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes
Kurunella Ad Unur Il-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes
Sliem ghalik O Vergni Mqaddsa
Int li dehert lil Bernardina
Gewwa l-Grotta minn ta’ Lourdes
Biex imhabbtek hemm turina
Ave Marija
Lilha dehert tmintax-il darba
Bhala xemx tiddi bid-dija
B’libsa bajda faxxa kahla
Kollok hlewwa u sbuhija
Ave Marija
Fuq ix-xitla minn tal-ward
Int serraht riglejk hafjin
U f’kull rigel kellek warda
Minn tad-deheb u l-izjed fin
Ave Marija
Gewwa jdejk kellek kuruna
b’zibeg abjad bhall-halib
Biex turina l’inti dejjem
Fir-Ruzarju l-ghaxqa ssib
Ave Marija
Int tlabt lil Bernardina
Bi kliem helu kollu hrara
Illi tigi f’dik il-grotta
Lilek trodd tmintax-il zjara
Ave Marija
Lilha ghedt “Ghal daz-zjarat
Minni l-hlas ghandek tistenna
Mhux il-gid ta’ dina l-art
Izda l-glorja minn tal-Genna.”
Ave Marija
Bid-dmugh niezel minn ghajnejk
Ghall-htijiet minn tal-bnedmin
Int tennejt lil Bernardina:
“itlob wisq ghall-midinbin.”
Ave Marija
Penitenza! Penitenza!
Penitenza! Tliet darbiet
Ergajt ghidt: sabiex il-mahfra
Ahna jkollna mis-smewwiet
Ave Marija
Bghattha tghid lill-Qassisin:
Jibnu Knisja f’dak l-irdum
Fejn il-qima ta’ l-insara
Jista’ jkollok hemm kuljum
Ave Marija
Ridt ukoll barra mill-Knisja
Illi ssirlek purcissjoni
Ghal gol-grotta li qaddist
B’din il-kbira Apparizzjoni
Ave Marija
Biex bic-car b’ghamara tieghek
Hemm turina l’Inti htart,
Ghajn ta’ l-ilma l-izjed safi,
Nissilt, b’ghageb minn go l-art
Ave Marija
Int gieghlt lil Bernardina
Li tinhasel f’dik il-ghajn,
Tixrob minnha; il-haxix tiekol
Li kien trabba qalb it-tajn.
Ave Marija
B’dak l-ilma minn tas-sahha
L-ehzen nies saru tajbin.
Qalghu l-qawwa l-morda kollha,
Sabu l-farag l-imnikktin
Ave Marija
X’hin b’dawn il-grazzji kollha
Rajt id-dinja kkonsolata:
“Jiena jien il-Kuncizzjoni”
Mort ghidtilna - “Immakulata”
Ave Marija
Tkun imbierka mela dejjem,
O Koncetta minghajr htija,
Taht it-titlu minn ta’ LOURDES
Lilek naghtu kull fohrija.
Ave Marija
Dun P. Xuereb D.D.
