top of page

Standart tal-Konfraternita`

L-arkivju tal-Kurja Arciveskovili fil-Furjana huwa wiehed mid-depozitarji ewlenin tal-Knisja Maltija li fih jingabru dokumenti ekklezjastici u civili ta’ natura amministrativa mill-aktar importanti ghan-nisga ta’ grajjiet artna. L-arkivju jinkludi sezzjoni wiesgha hafna li fiha huma kkonservati petizzjonijiet, maghrufin bhala “suppliki”, li generalment jikkonsistu f’talbiet li individwi u entitajiet, religjuzi u m’humiex, iressqu lill-awtoritajiet u l-mexxejja spiritwali tal-pajjiz.

Inkartament ta’ valur kbir fl-Istorja tar-rahal tal-Qrendi huwa rikors datat 24 ta’ Gunju 1907, li l-Venerabbli Konfraternita` ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ Lourdes issottomettiet lill-Kurja Arciveskovili biex l-istandart taghha minn wiehed maghmul minn drapp ta’ lewn abjad u pendent blu jinbidel ghal wiehed maghmul kollu minn drapp ta’ kulur celesti rrakkmat bid-deheb. Id-dokument jinsab fil-Volum 164 fil-kollezzjoni appuntu intitolata “Suppliki”

Il-Venerabbli Konfraternita` qabbdet lis-Sur Antonio Fenech biex jaghmel id-disinn ta’ l-istandart ghas-somma ta £.3.0s.0d. filwaqt li hallset lis-Sur Alfred De Giorgio £.13.12s.0d. ghal erba` qasab drapp ta’ damask doppju ta’ lewn izraq. Hija hallset £.49.0s.0d. lis-Sur Alfons Maria Barcara ghar-rakkmu tad-deheb mill-isbah li sar fuq l-istandart. Il-Konfraternita` hallset lis-Sur Fenech fit-18 ta’ Ottubru 1907 filwaqt li saldat il-kontijiet taghha mis-Sinjuri De Giorgio u Barcara fis-27 ta’ Marzu 1908.

Fl-1907, il-Prokuratur tal-fratellanza kien is-Sur Guzeppi Cassar maghruf bhala “l-Imghallem” mill-familja “tal-Mazina” li baqa` jissemma, mhux biss ghall-hidma fejjieda tieghu fi hdan il-fratellanza ghal hdax il-sena shah mit-23 ta’ Lulju 1901 sal-31 ta’ Dicembru 1911, izda ghax-xoghol li fittex iwettaq biex il-kult lejn il-Madonna ta’ Lourdes jissahhah gewwa r-rahal. Is-Sur Guzeppi Cassar kien missier il-mibki Guze` Cassat, deputat fil-legislatura Maltija ghal ghadd ta’ snin u President tas-Socjeta` Filarmonika “Lourdes” ghal aktar minn hamsin sena.

Il-lista ta’ benefatturi li taw sehemhom bi hgarhom permezz ta’ ghotjiet ta’ flus bil-ghan li l-Venerabbli Konfraternita` twettaq il-bidla fl-istandart hija tassew twila u tigbor fiha firxa wiesgha tal-poplu tar-rahal tal-Qrendi. Skond registru li ghadu mizmum mill-Fratellanza fost numru ta’ dokumenti ohrajn, 85 fratell, 96 konsorella u persuna anonima gabru bejniethom is-somma ta’ £70.3s.9d. sabiex setghet tittiehed l-inizzjativa. Il-persuna li ma xandritx isimha u ffirmat “N.N.” irregalat wehidha £.6.14s.11d.


Apparti l-prominenza tan-nisa` fl-elenku ta’ kontributuri, jispikkaw l-ismijiet ta’ whud mill-persunaggi ewlenin fir-rahal tal-Qrendi fil-bidu tas-Seklu ghoxrin, fosthom is-Sacerdoti Dun Guzeppi De Piro, il-famuz fundatur tas-Socjeta` ta’ San Pawl li kien joqghod il-Qrendi, Dun Sant Agius, li kien sacerdot ferm maghruf u li fost hwejjeg ohrajn, hallas ghall-bini ta’ l-ewwel skola tar-rahal, il-pizatur Nikola Magri mill-familja “tac-Cess”, Filippo Magri mlaqqam “Spanja” Gregorio Mifsud mill-familja “Tat-Tabibu” li kien neputi tat-tabib omonimu Kap tal-battaljun u eroj Malti ta’ zmien il-Francizi, u bosta u bosta ohrajn.

L-istandart kif kien qabel saret il-bidla fl-1907 kien sar bi flus u bit-thabbrik tal-familja tal-Kappillan il-Wisq Reverendu Dr. Pietru Pawl Xuereb D.D. meta dan il-prelat tal-knisja Maltija kien iddecieda li titwaqqaf il-fratellanza ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni ta’ Lourdes fi hdan il-parrocca tal-Qrendi fl-1878. Skond ir-regolamenti tal-Fratellanza, Ariklu 4, id-damask kellu jintiseg bil-kuluri kif kien ghadu sakemm saret bidla fl-isfumatura tieghu fl-1907.

Fis-sena 1993, il-Venerabbli Konfraternita` hasbet biex tirrestawra l-istandart. Hija nkarigat lil Emanuela (Lela) Galea mill-Imqabba li wettqet ix-xoghol ta’ riabilitazzjoni b’sengha liema bhala. Emmanuela, li kellha l-ghajnuna tar-ragel taghha Saviour Galea kif ukoll ommha Karmena Mangion, hadet madwar sena biex temmet ix-xoghol li kien tlesta f’Marzu 1994. Hija bidlet id-drapp kollu izda poggiet fuqu id-deheb il-qadim. Il-Venerabbli Sodalita`, li pprokurat l-istoffa l-gdida, reghet harget l-istandart fil-festa tal-Madonna ta’ Lourdes fl-istess 1994.

Il-Venerabbli Konfraternita`, taht it-tmexxija ghaqlija u intelligenti tas-Sur Pinu Asciak, ghadha sall-lum tghozz l-istandart li tohrog processjonalment darbtejn fis-sena kull meta jkunu solenizzati z-zewg ghidiet Marjani ewlenin fir-rahal: il-festi tal-Madonna ta’ Lourdes u dik ta’ Santa Marija. Fil-bqija tas-sena, il-Venerabbli Xirka terfa` l-istandart f’senduq appositu tal-fratelli u l-konsorelli li hija zzomm fis-sagristija tal-knisja parrokkjali tar-rahal.

Din l-informazzjoni hija mehuda min artiklu miktub minn Dr. Ray Mangion B.A. (Hons.), M.A. (History), LL.D., D. Phil. (Oxon.) li deher fil-ktieb li s-Socjeta' Muzikali Lourdes Qrendi ppublikat fil-Festa 2007.

bottom of page