top of page

Programm tal-Festi Interni 2019

f’ġieħ il-Beata Verġni Marija Immakulata Kunċizzjoni ta’ Lourdes

“Henjin intom il-foqra”

l-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2019

Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa

7.30pm Isir il-ħruġ tal-vara tal-Madonna ta’ Lourdes min-niċċa biex titpoġġa fuq il-bradella mill-membri tal-Venerabbli Konfraternità Lourdes.

It-Tnejn 24 ta’ Ġunju 2019

Jum it-Tfal u l-Familji

6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella.

6.30pm Quddiesa għall-familji u t-tfal animata mill-Katekisti u Missio Malta. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma

mistiedna b’mod speċjali t-tfal tal-Komunità tal-Qrendi flimkien mal-familji kollha. It-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġa jipparteċipaw f’din iċ-ċelebrazzjoni. Il-Quddiesa ser tkun immexxija mir-Rev. Dun Daniel Cardona, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż-Żebbuġ. Wara l-quddiesa jsir moment ta’ talb u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

It-Tlieta 25 ta’ Ġunju 2019

Jum iż-Żgħażagħ u l-Għaqdiet Reliġjużi, Soċjali u Kulturali

6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella.

6.30pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ u membri tal-Għaqdiet Reliġjużi, Soċjali u Kulturali tal-Qrendi. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali ż-Żgħażagħ kif ukoll il-Kunsill Lokali, l-Għaqdiet u l-Gruppi kollha li joperaw fil-Komunità Qrendija. Il-Quddiesa ser tkun immexxija mill-W.R. Mons Kalcidon Vassallo. Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.

L-Erbgħa 26 ta’ Ġunju 2019

Jum il-Morda, l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Differenti

6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella.

6.30pm Quddiesa għall-Morda, l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Differenti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huwa mistieden kulħadd flimkien mal-għaqdiet li jieħdu ħsieb il-Morda, il-Persuni bi Bżonnijiet Differenti u l-Anzjani. Il-Quddiesa ser tkun immexxija minn Patri Bernard Mangion Ofm Cap, Kappillan tal-Isptar Mater Dei. Waqt il-quddiesa ser jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara jsir moment ta’ talb u tingħata l-Barka Sagramentali.

Kif tispiċċa l-quddiesa jsir it-tqarbin tal-morda u l-anzjani kollha tal-parroċċa mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Nirringrazzjaw bil-quddiem lill-Azzjoni Kattolika - Ħidma Morda; Caritas Malta; ir-Residenza San Vinċenz; ir-Residenza Monte Carmeli; id-Dar tal-Providenza; u entitajiet oħra li sena wara l-oħra joffru s-servizz tagħhom biex il-morda u l-anzjani jkunu jistgħu jipparteċpaw f’din il-liturġija.

Il-Ħamis 27 ta’ Ġunju 2019

L-Ewwel Jum tat-Tridu

7.45am Quddiesa kantata.

6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella.

6.30pm Quddiesa Kantata bil-priedka tat-Tridu mill-W.R. Patri Victor Paul Farrugia O.Carm. Wara l-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju 2019

It-Tieni Jum tat-Tridu

7.45am Quddiesa kantata. Kif jibda t-Tqarbin, il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin se jwasslu l-Ewkaristija lill-morda kollha tal-parroċċa.

6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella.

6.30am Quddiesa Kantata bil-priedka tat-Tridu mill-W.R. Patri Victor Paul Farrugia O.Carm. Wara l-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Is-Sibt 29 ta’ Ġunju 2019

It-Tielet Jum tat-Tridu u Lejliet il-Festa

7.45am Quddiesa kantata.

5.30pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella.

6.00pm Quddiesa Kantata ta’ lejliet il-Festa bil-vuċijiet u l-kor immexxija mill-W.R. Mons. Emmanuel Agius. Jippriedka l-W.R. Patri Victor Paul Farrugia O.Carm. Waqt il-quddiesa titkanta t-talba tal-Għasar. Wara l-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2019

Jum il-Festa

6.00am Quddiesa Kantata bl-omelija fuq il-Madonna.

7.00am Quddiesa Kantata bl-omelija fuq il-Madonna.

8.00am Korteo li jitlaq minn ħdejn is-sede tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi fejn membri tal-Konfraternità Lourdes jakkumpanjaw lis-Sindku, il-Viċi Sindku u l-Kunsilliera flimkien mad-Diriġenti tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes għall-Quddiesa Kantata Solenni. Il-Kortejo jkun immexxi minn bandisti membri tal-Konfraternità Lourdes.

8.30am Quddiesa, Solenni, Kantata u Konċelebrata mmexxija mill-W.R. Mons. Emmanuel Agius flimkien mal-W.R. Kappillan u l-kleru tal-Parroċċa tal-Qrendi. Wara l-qari tal-Evanġelu, il-W.R. Dun George J. Schembri, Kappillan tal-Parroċċa Santa Marija tal-Imġarr, jinse il-Paniġierku dwar il-kobor tal-Beata Verġni Marija Immakulata Kuncizzjoni ta’ Lourdes. Kif tintemm l-quddiesa titkanta l-Antifona tal-Kanonku Luigi Fenech, segwita mill-kant tal-Innu Popolari.

11.00am Quddiesa Kantata bl-omelija fuq il-Madonna.

6.00pm Għasar solenni.

7.00pm Ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa artistika tal-Madonna ta’ Lourdes immexxija mill-W.R. Kan.Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz il-Birgu, u l-kleru tal-parroċċa u akkumpanjati mill-Venerabbli Konfraternita` tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi, mill-Confraternità ss. Crocifisso - Monreale u mill-Venerabile Confraternità della Concezione – Molfetta.

Lejn tmiem il-purċissjoni ssir Aux Flambeaux b’talb u kant reliġjuż. Inħeġġu lid-devoti kollha tal-Madonna sabiex jingħaqdu lkoll fuq iz zuntier tal-Knisja biex isellmu lil Ommna Marija u nroddulha ħajr għall-grazzji kbar li tatna matul din is-sena, filwaqt li nipparteċipaw fil-mixja devota madwar it-toroq tal-Qrendi fejn isir talb għall-fejqan tal-morda.

10.00pm Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Kurunella, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

It-Tlieta 16 ta’ Lulju 2019

Tifkira tal-Aħħar Dehra tal-Madonna f’Lourdes u Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr

6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella.

6.30pm Quddiesa Kantata tat-tifkira tal-aħħar dehra tal-Madonna f’Lourdes u ta’ radd il-Ħajr lil Alla tal-Festi li għaddew. Jippriedka l-W.R. Kappillan Dun Glen Buhagiar. Wara l-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Korijiet li ser jieħdu sehem matul il-jiem tal-Festa:

Fil-quddiesa tat-tfal:

The Viva Voce Choir

Fil-quddiesa taż-żgħażagħ:

il-Band ‘L-Aħwa’

Fil-Quddiesa tal-Morda u t-Tifkira tal-Aħħar Dehra:

il-Kor Magnificat tal-Parroċċa tal-Qrendi

Matul it-Tridijiet, Lejliet u Nhar il-Festa:

il-Cappella Musicale Caeciliana taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Rev. Abraham D’Amato Maestro di Cappella.

Il-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi tavża’ li s-Sibt, lejliet il-Festa, ikun hawn konfessur barrani għall-Qrar.

bottom of page