top of page

Karlu Darmanin

Karlu Darmanin twieled gewwa l-Isla nhar it-30 t’Awwissu 1825 minn Guzeppi u Marija nee Cumbo u mghammed fil-Bazilika ta’ Marija Bambina, l-Isla. Hutu kienu Filippu, Marija Karmela, Maddalena u Ganni, fejn dan ta’ l-ahhar kien skultur u li kien jahdem ma Karlu flimkien ma missierhom Guzeppi fid-ditta msejha “Giuseppe Darmanin e Figli”.

Karlu kien mizzewweg lill-mara tieghu, Annetta Ready, li kienet Skocciza fejn iz-zwieg taghhom sar qabel l-1849. dan nafuh ghax l-ewwel tarbija taghhom twieldet dik is-sena stess fl-Isla fejn kienu joqghodu. Tfal kellhom bil-bosta, dawn kienu Emmanuel, Frangisku, Maria Carmela, Guzeppi, Cesare, Guzeppi, Gugliermu, Geraldu, Maria Gosefa, Maria Vittoria, Frangisku, Enriku, Lucija, Renaldu u Maria Carmela.

L-istatwarju Senglean Karlu Darmanin skolpixxa numru ta’ statwi ghal diversi knejjes madwar il-gzira taghna uhud minnhom titulari, sekondarji, vari tal-Gimgha l-Kbira u numru ta’ statwi ohra. Wiehed ma jistax ma jsemmix l-istatwi titulari bhal dik ta’ San Gejtanu li tlestiet fl-1882, il-vara tas-Salvatur, li tinsab meqjuma fil-knisja parrokkjali ta’ Hal Lija mahduma fl-1864, vara ohra titulari li hija wkoll xoghol ta’ Karlu Darmanin hija dik ta’ San Giljan li tlestiet fl-1893. Tliet statwi ohra titulari wkoll skolpiti minn Karlu Darmanin, izda mbaghad matul iz-zmien saru ohrajn min flokhom huma dik ta’ Santa Venera, din illum issa tinsab fi Triq San Guzepp, Santa Margerita ta’ Sannat Ghawdex u dik ta’ San Leonardo ta’ Hal Kirkop, li din illum tinsab merfugha b’ghozza fis-sagristija.

Fil-Qrendi nsibu l-vara sekondarja tal-Madonna ta’ Lourdes li hija xoghol ta’ dan l-istatwarju bravu, li tlestiet fl-1878. Tajjeb wiehed jghid li minn sett ta disa’ vari tal-Gimgha l-Kbira li jinsabu fil-knisja parrokkjali tal-Mosta, Karlu Darmanin hadem sebgha minnhom u dawn huma: Kristu fl-Ort, Kristu Marbut mal-Kolonna, Kristu Inkurunat bix-Xewk, ir-Redentur, il-Veronika, il-Vara l-Kbira, u l-istatwa tad-Duluri. F’Bormla, l-vara ta’ Kristu fl-Ort hija wkoll xoghol ta’ Karlu Darmanin. Statwi ohra li wkoll hargu minn idejn dan l-istatwarju maghruf Senglean huma l-Madonna tar-Ruzarju tal-Mellieha, tan-Naxxar u taz-Zurrieq, u dik tal-Madonna tal-Qalb ta’ Gesu ta’ H’Attard, kif ukoll wiehed ma jridx jinsa diversi statwi ohra ghal toroq u pjazez li jigu armati fi zmien il-festi f’numru ta’ bliet u rhula Maltin u Ghawdxin.

Karlu Darmanin miet fis-26 ta’ Novembru ta’ l-1909 fl-eta’ta 84 sena fid-dar 209, Triq il-Kbira l-Hamrun fejn hemm kellu hanut ukoll. Karlu Darmanin jinsab midfun fic-cimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fil-qabar tal-Fratellanza tal-Hamrun, peress li kien jaghmel parti minnha. 

bottom of page