top of page

Memorji mill-Festa ad Unur il-Madonna ta' Lourdes li kienet iccelebrata il-Hadd 23

ta' Gunju 2013 fir-rahal tal-Qrendi.

Promo ghall-Festa tal-Madonna ta' Lourdes, Qrendi ghas-sena 2013

Ir-Rettur tal-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes Qrendi, Is-Sur Kenneth Farrugia, jiltaqa' ma 

Papa Frangisku nhar il-Hadd 5 ta' Mejju 2013 fil-Belt tal-Vatikan fl-okkazjoni ta' Jum il-Frtaellanzi madwar id-dinja.

Il-Fratellanza tal-Beata Vergni ta' Lourdes flimkien mal-Parrocca tal-Qrendi kienet organizzat Pellegrinagg Marjan fuq livell nazzjonali 

fl-okkazjoni ta' l-gheluq tal-150 sena minn meta Ommna Marija dehret fil-Grotta ta' Lourdes

Din hija l-Ave Maria ta' Lourdes, mehuda mill-Oratorju Mater Mirabilis li gie mtellgha mill-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes nhar is-Sibt 14 ta' Frar 2009. Dan l-Oratorju gie miktub mis-Sur John Buttigieg u l-muzika saret minn Mro Tony Pace, u bhala Konfraternita', dan kien l-ewwel Oratorju li sar fil-Parrocca tal-Qrendi. L-Oratorju gie kollu mhallas u organizzat mill-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes f'kollaborazzjoni mal-Kappillan u l-Kleru tal-Parrocca. Dan l-Oratorju kien ghalaq il-Festi tal-150 sena Anniversarju minn meta l-Madonna dehret fil-Grotta ta' Lourdes lil Santa Bernardette.

Fl-okkazjoni tal-Festi tal-Gublew f'gheluq il-150 sena mid-dehriet tal-Madonna gewwa Lourdes, il-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes tal-Qrendi organizzat l-ewwel Oratorju fil-Parrocca tal-Qrendi bl-isem ta' "MATER MIRABILIS", lirika ta' John Buttigieg, muzika ta' Mro Tony Pace, kant u orkestra Sine Macule ta' Hal Safi. Din ic-celebrazzjoni giet organizzata taht il-patrocinju ta' l-Ecc Tieghu Mons Guzeppi Mercieca fil-knisja parrokkjali tal-Qrendi nhar is-Sibt 14 ta' Frar, 2009.

Promo ghall-Festa tal-Madonna ta' Lourdes, Qrendi ghas-sena 2012

Il-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes, Qrendi dahlet ghal progett ambijjuz li ha diversi snin sabiex tlesta bl-ahjar mod possibli, dak li jsir Mant Gdid ghal Festa tal-Madonna ta' Lourdes tal-Qrendi. Il-hjata tal-mant saret mis-Sinjura Carmena, filwaqt li r-rakkmu sar minn Patri Martin Borg fuq disinn mill-isbah ta' Silvio Pace. Il-Konfraternita' tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li taw id-donazzjonijiet taghhom b'risq dan il-progett specjalment lir-Rettur tal-Konfraternita', lis-Sur Pinu Axiaq li hallas ix-xoghol tar-rakkmu kollu.

Il-Membri tal-Grupp Mexxej johorgu l-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes min-Nicca ghal Festa 2012. Il-Hrug tal-Madonna ta' Lourdes sar is-Sibt 23 ta' Gunju 2012 ezattament wara l-Quddiesa tas-Sibt Filghaxija. Wara li l-Madonna tpoggiet fuq il-bradella taghha l-Membri tal-Grupp Mexxej ghamlu talba ta' ringrazzjament lil Madonna talli ghal sena ohra hadet hsieb il-membri kollha tal-Kommunita taghna. 

Dawn kienu mumenti sbieh bi preparazzjoni ghal Gimgha tal-Festa 2012.

Grazzi lil dawk kollha li taw l-ghajnuna u s-servizz taghhom.

bottom of page