







Statut tal-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes, Qrendi
Statut tal-Konfraternita' tal-Beata Vergni Immakulata ta' Lourdes, Qrendi

Il-Fratellanza ta’ l-Immakulata Beata’ Vergni taht it-Titlu ta’ Lourdes:
Fil-Parrocca Santa Marija tal-Qrendi hija mwaqqfa l-Fratellanza ta’ l-Immakulata Beata’ Vergni taht it-Titlu ta’ Lourdes bhala assocjazzjoni ta’ dritt pubbliku tal-fidili membri adulti animati mill-Ispirtu biex ifahhru u jaqdu lill-Mulej permezz ta’ Gesu’.
Rikonoxximent ta’ l-Istatut Baziku ghall-Fratellanzi:
Il-Fratellanza ta’ l-Immakulata Beata’ Vergni taht it-Titlu ta’ Lourdes tirrikonoxxi l-Istatut Baziku ghall-Fratellanzi bhala l-Istatut taghha.
REGOLAMENTI PARTIKOLARI TAL-FRATELLANZA TA’ L-IMMAKULATA BEATA’ VERGNI TAHT IT-TITLU TA’ LOURDES – PARROCCA QRENDI
1. Is-Sede tal-Fratellanza:
Is-sede tal-Fratellanza hi l-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi.
2. Il-Fratelli:
Insara rgiel u nisa jistghu jissiehbu bhala Fratelli w Konsorelli. Filwaqt li l-Fratelli rgiel ghandhom id-dritt li jilbsu l-Konfratija w il-Mozzetta, l-Konsorelli nisa ghandhom id-dritt li jilbsu l-Medaljun. Kemm il-Fratelli w il-Konsorelli, ghandhom id-dritt ghal vot fil-Konsulta Generali, izda l-Konsorelli ma jistghux jigu nominati bhala membri ufficcjali.
3. Il-Fratelli/Konsorelli Assocjati:
Fratelli/Koonsorelli membri fi Fratellanzi ohra jistghu jissiehbu biss bhala Fratelli/Konsorelli Assocjati.
4. Il-Membri Assocjati:
Insara rgiel u nisa jistghu jissiehbu bhala Membri Assocjati.
5. It-Tmexxija tal-Fratellanza:
It-tmexxija tal-Fratellanza ghandha tkun maghmula minn Kumitat ta’ hames Fratelli flimkien ma’ Direttur Spiritwali. Fost dawn il-Fratelli ghandu jkun hemm dawn il-hatriet:
- Direttur Spiritwali
- Rettur
- Segretarju
- Kaxxier (Prokuratur)
- Zewgt Membri Konsulturi
6. L-Elezzjoni tal-Ufficjali tal-Fratellanza:
L-elezzjoni tal-Ufficjali tal-Fratellanza ghandha ssir kull tlett snin.
7. Il-Libsa tal-Fratelli/Konsorelli:
Il-Libsa tal-Fratelli ghandha tkun Konfratija Bajda, Mozzetta ta’ lewn ikhal, Medaljun bix-xbieha tal-Beata’ Vergni ta’ Lourdes, kurdun abjad u Kuruna tar-Ruzarju b’domna tax-xbieha tad-dehriet tal-Madonna gewwa Lourdes. Il-Konsorelli ghandhom jilbsu d-distintiv li hu l-Medaljun bix-xbieha tal-Beata’ Vergni ta’ Lourdes.
8. Il-Kontribuzzjoni ta’ Shubija tal-Fratelli:
Il-Kontribuzzjoni ta’ Shubija hi ta’ Lm2 fis-sena ghal Fratelli, Konsorelli w Membri Assocjati.
9. Ir-Rapprezentanza tal-Fratellanza fil-Kummissjoni Parrokkjali Fratellanzi (KPFR):
Ir-Rettur ghandu jirrapprezenta il-Fratellanza fil-Kummissjoni Parrokkjali Fratellanzi (KPFR) meta din tigi mwaqqfa. F’kaz li r-Rettur tal-Fratellanza jkun indispost ghandu jattendi il-Prokuratur tal-Fratellanza minfloku.
10. Ir-Rapprezentanza tal-Fratellanza fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP):
Ir-rapprezentanza tal-Fratellanza fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP) ghandha tkun deciza aktar il-quddiem meta tigi mwaqqfa l-Kummissjoni Parrokkjali Fratellanzi (KPFR).
11. Festi li jigu ccelebrati mill-Fratellanza:
Il-Fratellanza ticcelebra l-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes gewwa r-rahal tal-Qrendi. Il-Fratellanza tiehu hsieb torganizza d-dehriet ad unur il-Madonna ta’ Lourdes kif ukoll il-festa annwali li tigi ccelebrata ad unur il-Madonna ta’ Lourdes gewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi.
12. Emendi ghar-Regolamenti Partikolari tal-Fratellanza:
Emendi proposti ghal dawn ir-regolamenti ghandhom jigu l-ewwel diskussi u wara jittiehed vot dwarhom fl-Assemblea Generali tal-Fratellanza li tissejjah apposta ghall-Fratelli/Konsorelli membri taghha.
Dawn ir-Regolamenti Partikolari jidhlu fis-sehh meta jigu approvati mill-Arcisqof. Kull tibdil fir-regolamenti jrid ukoll jigi sottopost ghall-approvazzjon ta’ l-Arcisqof, u jibda jghodd biss wara li jkollu din l-approvazzjoni.
Is-Sejha, l-Hidma w ic-Celebrazzjonijiet tal-Fratellanza tal-Beata Vergni taht it-Titlu ta’ Lourdes:
L-iskop ewlieni tal-Fratellanza hu li l-membri jimxu fuq il-passi ta’ Marija u ta’ Binha Kristu Gesu’. Il-membri tal-Fratellanza ghandhom ghalhekk jitolbu w jirringrazzjaw lil Madonna matul il-jiem kollha tal-hajja taghhom billi:
- Il-membri tal-Fratellanza ghandhom ikunu ta’ kondotta w ezempju tajjeb matul hajjithom kollha. Kull membru tal-Fratellanza ghandu josserva l-precetti w it-taghlim tal-knisja. Il-membri kollha ghandhom ikunu xhieda u predikaturi tal-messagg ta’ Lourdes kull fejn ikunu.
- Il-membri tal-Fratellanza ghandhom jghozzu b’imhabba l-Immakulata Kuncissjoni, kif ukoll ghandhom jimxu fuq l-ezempju ta’ San Filippu Neri bhala Protettur tal-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes.
- Il-membri tal-Fratellanza ghandhom jimxu taht id-direzzjoni w it-tmexxija ta’ l-Arcisqof ta’ Malta flimkien mal-Kappillan w il-Kleru tal-Parrocca. Il-membri tal-Fratellanza ghandhom jghinu b’kull mod possibli lil Kappillan tal-Parrocca matul il-hidma tieghu gewwa l-Parrocca. Il-membri tal-Fratellanza ghandhom ghalhekk jiehdu sehem b’mod attiv f’kull attivita’ li tigi organizza fil-Parrocca.
- Il-membri tal-Fratellanza ghandhom ixerrdu d-devozzjoni lejn it-talba tar-ruzarju. Il-membri tal-Fratellanza ghalhekk huma mhegga sabiex jitolbu t-talba tar-ruzarju kulljum flimkien mal-familja taghhom.
- Il-membri tal-Fratellanza ghandhom jaghmlu xi forma ta’ penitenza/sagrificcju sabiex ihaddnu sens ta’ cahda matul il-hajja spiritwali taghhom.
- Il-Fratellanza ghandha id-dover li twassal l-messagg ta’ Lourdes b’mod kontinwu matul is-sena liturgika kollha. Il-Fratellanza ghalhekk ghandha d-dmir li torganizza laqghat ta’ taghlim, attivitajiet ghal morda w persuni b’dizabilita, mumenti ta’ talb w attivitajiet ohra sabiex tilhaq dan il-ghan.
- Il-membri tal-Fratellanza kollha ghandhom ir-responsabilita li jimxu ma’ l-ghanijiet hawn fuq imsemmija, filwaqt li jkomplu jimxu w jghozzu b’imhabba kbira r-regolamenti mnizzla fil-ktieb tar-regolamenti w dokumenti tal-Fratellanza ta’ l-Immakulata Vergni Beata’ taht it-titlu ta’ Lourdes datat 21 ta’ Jannar, 1878 miktub b’ imhabba w reqqa mill-fundatur tal-Fratellanza Dun Pietru Pawl Xuereb.